top of page
  • niraylgrech15

Malta b’saħħitna l’quddiem

Updated: Aug 31, 2021

Baġit 2021


Din is-sena fil-baġit ħarġu diversi miżuri. Kull miżura b’xi mod jew ieħor tolqot lil kull individwu li jgħix ġewwa Malta.

Dawn huma wħud mill-punti ewlenin.


Sett ieħor ta’ vawċers ta’ mitt ewro ser jintbagħat lill- individwi kollha, li għandhom aktar minn sittax -il sena. Dawn ser jinqasmu hekk; 60 % li jistgħu jintefqu f’akkomodazzjoni u ristoranti u 40% fi ħwienet bħalma huma tax-xagħar, tas-sbuħija, tad-dwiefer, eċċ.


Jum ieħor ta’ leave għall- ħaddiema kollha. Il-Covid Wage Supplement ġie wkoll estiz sa' Marzu tal-2021.


Sar investiment fl-Infrastruttura Industrijali tal-futur. Ser ikun hemm tisħiħ fil-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta. Ser ikun hemm għajnuna għal negozji sabiex ikunu jistgħu jbiegħu onlajn. Fejn jidħol is-settur tas-saħħa, ser jittieħdu diversi azzjonijiet bħal; sptar ġdid għall-kura psikjatrika akut, immodernizzar fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-bereġ, mediċini b’xejn għall-osteoporożi u mediċini ġodda psikjatriċi.

Minn naħa l-oħra, fis-settur għall-familji, drittijiet tat-tfal u solidarjeta’ soċjali se jkun hemm; titjib fic-children’s allowance, sa massimu ta’ €70 għal kull wild, żieda fil-pensjoni ta’ €5 fil-ġimgħa kif ukoll pensjoni għar-romol u għal- koppji f’unjoni ċivili jew f’koabitazzjoni. Ser isiru inċentivi sabiex iż-żgħażagħ ikunu nkoraġġuti biex jidħlu fis-settur tal-biedja. Ser tiżviluppa wkoll it-teknoloġija sabiex il-ħidmiet tal-bdiewa u r-raħħala ssir aktar faċli. Ser ikun hemm ukoll refużjoni tat-taxxa lill- bdiewa u s-sajjieda marbuta mal-bejgħ fil-pitkalija u l-pixkerija.


Nota tal-editur:

Personalment, l-aktar miżura li laqtitni kienet dik tas-settur tal-edukazzjoni. Din il-miżura hi; internet b’xejn għal żgħażagħ li jkomplu jistudjaw. Dan għaliex jien għadni studenta u l-internet jiġi użat frekwentament kemm fuq l-iskola u kif ukoll id-dar sabiex isiru r-riċerki u l-proġetti tal-iskola/




9 views0 comments
Post: Blog2_Post
bottom of page