Questions
- niraylgrech15
- Nov 20, 2020
- 1 min read
Parti mix-xogħol ta' ġurnalist huwa li jrid jivjaġġa minn post għal ieħor u li jmur fuq il-post f'każ ta' incident. Fil-każ tiegħek li tagħmel użu minn transport pubbliku, jirnexxielek timmaniġja sew bħala ħin?
X' inhi l-iktar investigazzjoni li tagħtek sodisfazzjon u li ħa tibqa tiftakar?
Fl-aħħar jiem rajna illi Lovin Malta ser ikunu qegħdin itellgħu l-qorti lil One u n-Net. Ma taħsibx li hija inutli, meta anke tal-Lovin Malta għandhom aspett politiku tagħhom ukoll ?
Taħseb li hija ta’ sfida l-fatt li bħala tim tal-Illum qegħdin ammont żgħir ta’ nies?
Liema taħseb li huma l-kwalitajiet li jagħmlu ġurnalist tajjeb?
Il-preċiżjoni u l-fattwalita’ fil-ġurnaliżmu huma essenzjali. Kif tiżgura li x-xogħol tiegħek huwa preċiż u fattwali?
Ġieli kellek xogħol li ma ġiex ippublikat jew li ġgie rrifjutat?
Minn riċerka li għamilt skoprejt li kont attivist fil-politika u kif ukoll fil-komunita’ tal-LGBTIQ. Kif taħseb li affetwawk dawn b’xi mod f’ħajtek?
F’Novembru tal-elfejn u għoxrin żewġ gruppi ta’ immigranti ġew rilokati lejn il-Filandja u r-Rumanija. X’inhu l-ħsieb tiegħek fuq dan is-suġġett ?
Commentaires