L-Awstrija
- niraylgrech15
- Nov 19, 2020
- 2 min read
Sifirt bosta postijiet, pero’ l-iktar vaganza memorabbli u li qatt mhu ħa ninsa hija meta mort ġewwa l-Ġermanja. Is-safar huwa essenzjali hafna fil-hajja. Nemmen li jkollok skop biex tieqaf taffaċċja l-problemi ta’ kuljum u jkollok mumenti biex tirrilassa.
L-ikbar post li ħadt gost fih inżur huwa żoo ġewwa l-Awstrija. Dan kien miftuħ għal pubbliku. Rajt diversi xadini, ċriev, tipi differenti ta’ għasafar u ħafna aktar. L-isbaħ esperjenza ta’ dan il-post propju kien ġewwa. Ħallast xi flus fl-entratura u dħalt nara spettaklu meraviljuż. Kien hemm raġel jitma lil pengwini ħut. Hemmhekk rajt ukoll il-pengwini jiffurmaw ċirku flimkien, jistennew wieħed wara l-ieħor biex jieħdu l-ħuta tagħhom u wara li kielu u ffangaw rajnihom jgħumu.
Dan iz-zoo kellu l-isem ta’ ‘Schoenbrunn’ u huwa l-eqdem zoo tad-dinja. Dan għaliex infetaħ fis-sena 1752. Ħaġa oħra li osservajt f’din il-vaganza kienet l-arja friska u l-ġmiel tan-natura. L-Awstrija hija propja mdawwra b’ħafna siġar kbar, anke fit-toroq. Minbarra dak kollu li semmejt hemm ukoll diversi statwa. Kull statwa għandha simbolu u messaġġ. Post ieħor li għoġobni f’din il-vaganza huwa pond partikulari ġewwa l-Awstrija. Hemm diversi xbieki tal-ħadid, mimlija kollha katnazzi. Hawn min minnkom li qed jgħid imma dawn il-katnazzi x’sens jagħmlu. Bħalkom kont naħseb qabel, pero f’din il-vaganza tgħallimt is-sinifikat tagħhom.
Bażikament dan il-katnazz għandu simbolu ta’ imħabba. Fuqu jiġi miktub isem l-għarus, isem l-għarusa u d-data ta’ meta bdiet ir-relazzjoni. Ir-rimi taċ-ċavetta fil-baħar turi li t-tnejn għandhom fiduċja f’xulxin u li r-relazzjoni ħa tkompli tikber. Fl-aħħar u mhux l-inqas hemm mużew li jien dħalt fih għal l-ewwel darba. Dan hu il-mużew ta’ Mozart, ġewwa Salzburg li hija belt fl-Awstrija. Il-ħlasijiet huma affordabbli u l-ħanut huwa wisq sabiħ. Il-ġabra kollha kienet pendent. Għoġbitni l-folji tal-mużika miktuba bl-idejn u l-informazzjoni kollha dwar l-opri tiegħu.
Apparti l-fatt li pajjiż huwa differenti minn ieħor, kemm fil-lingwa u kif ukoll fil-kultura, hemm ukoll il-bidla tat-toroq. Bħala vjaġġar l-aktar mezz ta’ transport li jintuża ġewwa l-Awstrija huwa l-ferrovija. Isiru diversi vjaġġi ta’ spiss. Infatti użajt dan it-tip ta’ transport diversi drabi biex nivjaġġa, għax hija tal-kumdita’ għal kulħadd u prezz raġonevoli.
Qatt mhu ħa nieqaf nivjaġġa sakemm inkun nista, għaliex din il-pandemija ħassritli xebgħa pjanijiet ta’ safar. L-ivjaġġar huwa essenzjali ħafna f’ħajti u se nagħmel dan tul ħajti kollha, sena wara sena sakemm is-saħħa tkun tippermetti.
Dan it-tip ta’ ġurnaliżmu li użajt hu l-ġurnaliżmu tal-ivjaġġar. Personalment inħobb insiefer bosta postijiet fid-dinja. Żort; Franza, Spanja, Italja u l-Ġermanja. Apparti minn hekk minn ta’ eta żgħira dejjem kelli ħajra fuq il-lingwa Ġermaniża. Infatti għażilt din il-lingwa fis-sekondarja u bqajt tiela bl-avvanz tal-lingwa sakemm ġibt il-Ġermaniż. Ridt li naqsam l-esperjenza tiegħi ma’ ħaddieħor rigward is-safar, speċjalment din il-vaganza tant memorabbli li ħa tibqa memorja tul ħajti kollha.
Referenzi:
Overview- Austria. 2020. Kathrein Verena. [ONLINE] Available at: https://www.austria.org/overview. [Accessed 16 November 2020].
Austria travel- Lonely Planet. 2020. Lonely Planet. [ONLINE] Available at: https://www.lonelyplanet.com/austria. [Accessed 17 November 2020].
Commentaires