Il-Covid 19
- niraylgrech15
- Nov 18, 2020
- 2 min read
Updated: Aug 31, 2021
Kull individwu għandu jagħmel użu tal-maskri. Il-maskri għandhom jintużaw f’kull post pubbliku, anke f’postijiet għall-arja ,fosthom Ta’ Qali. Wieħed wkoll għandu jżomm id-distanza soċjali ta’ żewġ metri .
Dan biex jekk ikun hemm persuna nfettata, wieħed ikollu inqas riskju milli xi ħadd li jkun qagħad eżatt ħdejn il-persuna.Minkejja li din m’hijiex kontra l-liġi, huwa rrekomandat li jevita jiltaqa’ ma ħafna persuni b’mod speċjali jekk ikun grupp kbir. Dan jista’ jevita milli tkompli l-imxija tal-Covid-19, speċjalment jekk ikun hemm xi ħadd fost iċ-ċorma li ma jkolliex sintomi.
L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO) tirrikomanda biex kemm jista jkun, ikun hemm biss kuntatt mal-membri tal-familja li jgħixu fl-istess dar. Barra minn hekk hemm miżura oħra, li hija t’importanza hija li fil-pubbliku, ma’ jistax ikun hemm clusters jew gruppi ta’ aktar minn sitt persuni. Wieħed għandu wkoll iżomm ruħu aġġornat fuq kemm hemm każijiet attivi fuq il-profil ‘Saħħa’, fuq Facebook. Din il-websajt ikollha ħafna informazzjoni u tinħareġ mill-Ministeru tas-Saħħa b’mod kontinwu.
Ħafna tobba u professjonisti qegħdin ukoll jirrikomandaw biex tittieħed il-Vitamina Ċ u l-Vitamina D biex tissaħħaħ l-immunita’ tal-individwu. Filwaqt li jekk wieħed ikun ilu jieħu l-Vitamina D u xorta waħda jiġi nfettat bil-Covid-19,jista’ jagħti l-każ li l-effetti ma’ jkunux daqstant qawwijja daqs li kieku ma’ tteħditx din il-Vitamina, tant effettiva.
L-anzjani huma l-aktar nies vulnerabbli, b’mod speċjali jkunu esponenti aktar għal kumplikazzjonijet la darba jkollhom kundizzjonijiet ulterji. Għalhekk f’dan iż-żminijiet qed isiru aktar xirjiet onlajn. Dan biex ikun hemm inqas kuntatti u dak li jkun jinqeda mil-bżonnijiet li jkollu. Għandhom biss joħorġu minn djarhom għal affarijiet bżonnjużi, bħal appuntamenti tal-isptar biex jieħdu ħsieb saħħithom, meqjusa bħala neċessita. Jekk l-anzjani qegħdin fl-Isptar ġenerali jew ġo ‘Home’, xorta qegħdin jittieħdu miżuri biex ikunu siguri.
Dawn il-miżuri jikkonsistu li l-familjari tal-anzjan jew anzjana ma jkollhomx kuntatt dirett magħhom iżda jkun hemm il-‘perspex’ li jifridhom. Barra minn hekk hemm miżura oħra importanti. Ma jista jittieħed l-ebda tip ta’ ikel li jkun magħmul id-dar. Infatti kull tip ta’ oġġett li jinxtara, irid ikun issiġillat u xorta jintmesaħ bl-alkohol sabiex joqtlu kull tip ta’ mikrobu.
Dan huwa żmien diffiċli ferm għal kulħadd mill-kbir saż-żgħir. Kulħadd huwa milqut b’xi mod jew ieħor. Madanakollu, jekk kulħadd jaħdem id f’id u jimxi mal-prekawzjonijiet mħabbra mill-Awtoritajiet ikkonċeranti, din l-isfida tista’ tingħeleb aktar malajr. Flimkien nistgħu 'noqtlu’ dan il-virus tant kattiv li niżżel lid-dinja għal rkuptejha.

Comments