top of page

Tiġrijiet taż-żwiemel f'Malta- Skript

  • niraylgrech15
  • Apr 25, 2021
  • 2 min read

Updated: May 18, 2021

INSERT AUDIO CLIP: [horse race bugle sound effect .wav] (from: 0:00 till 0:09)



It-tiġrijiet taż-żwiemel għandhom tradizzjoni twila f'Malta/ Fost it-tiġrijiet li jsiru f’pajjiżna, hemm it-tiġrija li ssir kull sena fit-Telgħa tas-Saqqajja, fir-Rabat/ Din issir fid-disa’ u għoxrin (29) ta’ Ġunju u tmur lura għas-seklu ħmistax //


Dawn it-tiġrijiet jiffurmaw parti miċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali tal-Festa tal-Qaddisin ta’ San Pietru u San Pawl, jiġifieri l-Festa tal-Imnarja / Huma kienu mħeġġa ħafna mill-Kavallieri ta’ Malta / Qabel l-elf tmien mija tmienja u sittin (1868) l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel kien prattikat f'diversi rħula Maltin u Għawdxin//


INSERT AUDIO CLIP: [answer 1.wav] (from: 0:00 till 0:40)


Kienet xi ħaġa li kienet parti mit-trobbija tiegħi / Iġifieri jiena dejjem kont involut u nsegwi l-isports favorit tiegħi kif taf int tat-tiġrijiet taz-zwiemel / U naħseb li kienu zewġ fatturi importanti / L-ewwel ntett, il-familja / Dejjem kont imdawwar b’nies li jiġu minni; qraba, kuġini, zijiet li kienu direttament involuti illi trabbejt magħhom u anke l-fatt li t-trobbija tiegħi kienet fejn iz-zona tal-Marsa u Ħal Qormi / Allura bla ma rrid qisu l-ewwel sports li konna nsegwu huwa dak li jiġi organizzat fil-vicin u f’dak il-każ kienet it-tiġrijiet taż-żwiemel tal-Marsa //


Ħafna sidien kienu jipprattikaw dan l-isport f'tiġrijiet organizzati f'toroq ewlenin / Huma kienu jużaw żwiemel u ħmir li kienu jgħixu fl-għelieqi tagħhom waqt il-jiem tax-xogħol / Il-korsa fil-Marsa, li twaqqfet fl-elf tmien mija tmienja u sittin (1868), ġiet meqjusa bħala waħda mill-itwal korsiji fl-Ewropa, b’ tnejn punt tmien (2.8) kilometru / L-ewwel tiġrijiet tal-Marsa saru fit-tnax (12) u t-tlettax (13) ta' April fl-elf tmien mija disgħa u sittin (1869)//


Fil-korsa tal-Marsa għadhom isiru tiġrijiet sal- llum il-ġurnata / It-trakka tat-tlielaq taż-żwiemel tilqa numru ta' kampjonati u tiġrijiet fit-tlielaq tat-trott għaż- żwiemel tat-tiġrija u l-ponijiet / Il-korsa jistħoqqilha li tinżamm ta’ importanza, biex tkompli ttejjeb l-isport prattikanti/ Hemm il-potenzjal li Malta ssir sit attraenti għal avvenimenti internazzjonali tat-tiġrijiet taż-żwiemel //


INSERT AUDIO CLIP: [horse running sound.wav] (from: 0:00 till 0:06)


Fl- elfejn u dsatax (2019) seħħ proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ tmienja u għoxrin (28) miljun ewro, approvat mill-Parlament, fejn il-korsa ġiet immodernizzata b’mod ħolistiku/ Barra minn hekk hekk, diversi sewwieqa li jkunu ta’ suċċess u li jikkompetu wkoll barra minn Malta / Propju Rodney Gatt li huwa sewwieq taż-żwiemel, ġie meqjus bħala t-tieni l-aktar bniedem sportiv tas-sena elfejn u għoxrin (2020)/ Fil-Marsa ħafna jqisuh bħala ċ-champion ta’ Malta/ Għar-raba’ sena konsekuttiva rnexxielu jegħleb l-isfida tar-rivali tiegħu fl-aħħar ġimgħat tal-istaġun u anke irnexxielu jirbaħ ħames tiġrijiet fi programm wieħed //









Comments


Post: Blog2_Post

Subscribe Form

Thanks for submitting!

79990469

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

©2020 by DIGITAL DIARY.. Proudly created with Wix.com

bottom of page