top of page

Skript EP4: Il-Covid-19

  • niraylgrech15
  • May 11, 2021
  • 6 min read

Inselmilkhom jien/a minn MCAST News/ nilqagħkhom għall-bullettin tal-aħbarijiet/ Dawn huma il-punti ewlenin//


  1. Malta minn tal-ewwel fit-tellieqa fit-tilqim tal-COVID 19

  2. App ġdida li tgħin lil persuni suwiċidja

  3. Prezzijiet fis-suq Maltin la darba tgħaddi l-pandemija

  4. U fl-aħħar/ ħarsa lejn l-impatt li ħalliet il-pandemija fuq in-negozji Maltin u l-aġenti tagħhom


Il-vaċċin tal-Covid-19

kitba ta’ Nirayl Grech


Background music: [ ](From: __ till: __)

Insert Voice clip: [ ]


Il-vaċċin kapaċi ssalva miljuni ta’ ħajjiet kull sena / Din il-vaċċin billi tħarreġ u tipprepara d-difiżi naturali tal-ġisem, is-sistema immunitarja, dan biex tiġġieled l-mard u l-mikrobi li jimmiraw lejha/ Dan ifisser li jekk il-ġisem jiġi espost għall-mard/ hu jkun preparat b’mod immedjat biex itella d-difiża kontrih//


Il-vaċċin hija għodda kritika iżda ferm ġdida fil-ġlieda kontra l-COVID-dsatax (19)/ Ix-xjentisti madwar id-dinja ħadmu kemm felħu biex jipproduċu l-vaċċin li eventwalment twassalna lura għan-normalità //


Tiġi naturali li wieħed jistaqsi x’inhi ir-rata ta’ tilqim ta’ Malta kkumparat ma’ membri stati oħra tal-Unjoni Ewropea u saħansitra l-bqija tad-dinja//


F’intervista ma’ MCAST News/ Charmaine Gauci żvelat x’kienu l-fatturi li waslu biex ikun hawn rata’ daqstant mgħaġġla ta’ persuni li tlaqmu f’pajjiżna u kif inhi r-rata ta’ tilqim f’pajjiżna meta mqabbla ma pajjiżi oħra //


INSERT AUDIO- [Charmaine 1] 0:00 - 0:19 (19sec)

‘Mill- bidu nett, aħna bħala Malta konna pajjiż li fl-Unjoni Ewropea …’


Tajjeb infakkru li l-ewwel persuna li ħadet il-vaċċin f’Malta kienet infermiera li taħdem fit-Taqsima tal-Mard Infettiv f’Mater Dei lura f’Diċembru li għadda/ Dan kien pass importanti għall-Malta u issa billi nitgħalmu mill-iżbalji permezz ta’ provi r-rata tat-tilqim qed issir waħda aktar magħġġla//


F’konferenza stampa il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr li hemm żewġ modi ġodda ta’ kif wieħed jista japplika għal vaċċin/ Is-sistema l-ġdida teħtieġ li dawk li jkunu interessati li jieħdu l-vaċċin, għandhom jirreġistraw għat-tilqima billi jibgħatu messaġġ bil-mowbajl/ Huma qed ikollhom ukoll l-għażla li jagħżlu liema lokalita’ jippreferu //


INSERT AUDIO- [Charmaine 3] 0:00 - 0:10 (10sec)

‘U b’hekk aħna qiegħed ikun imissna dak il-vaccines li nkunu ntitolati … ’


Sa issa, tnejn u ħamsin punt wieħed u tmenin fil-mija (52.81%) tal-popolazzjoni Maltija rċieviet l-ewwel doża tal-vaċċin / Intant Malta għandha persentaġġ ta' erbgħa u għoxrin punt tnejn u sittin fil-mija (24.62%) tal-popolazzjoni li hija kompluta bit-tieni doża //


INSERT AUDIO- [Charmaine 2] 0:00 - 0:17 (17sec)

‘Dan l-ammonti ta’ ‘vaccines’ anke bħala ‘second dosage’ ukoll…’


Skont statistika ta’ Eurostat, Malta tinstab fuq quddiem fejn tidħol l-infurzar tal-vaċċin tant li qabżet lir-Renju Unit/ Pajjiż li kien fuq quddiem tal-istatistika sa’ ftit ġimgħat ilu//



Is-Saħħa Mentali

kitba ta’ Anthea Cachia


Background music: [ ](From: __ till: __)

Insert Voice clip: [ ]


L-esperjenza tal-pandemija Covid-dsatax (19) kienet waħda turbulenti minn kull aspett, kemm ekonomiku kif ukoll fuq livell emozzjonali/ Din il-pandemija laqtet lil kuħadd b’mod differenti, min laqtitlu l-but u oħrajn il-moħħ//


Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, minn statistika maħruġa f’Ottubru tal-elfejn u għoxrin (2020), jidher li madwar mija u għoxrin elf (120,000) persuna f’pajjiżna għandha tip ta’ kundizzjoni marbuta mas-saħħa mentali//


F’dan ir-rapport, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa jgħid li f’Malta, f’sena jkun hemm madwar mija u ħamsin (150) fatalità kawża ta’ xi diżordni relatata mas-saħħa mentali jew l-imġieba/ Dan ifisser li f’xahar ikun hemm minn tal-inqas żewġ suwiċidji//


Wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li kawża tal-pandemija, is-saħħa mentali ġiet affetwata mhux ħazin u stħarriġ minn Fondazzjoni Richmond, b’kollaborazzjoni ma’ Esprimi juri li, disa’ u tletin punt sitta fil-mija (39.6%), kawża tal-Covid-dsatax, iħossuhom isolati//


Għaldaqstant, Crisis Resolution Team Malta, ingħaqdu b’impenn kbir biex jgħinu persuni li din il-pandemija affetwat b’mod qawwi s-saħħa mentali tagħhom//


Għalhekk, it-tim immexxi mill-psikjatra Dr. Mark Xuereb, ħoloq app ġdida bl-isem ta’ Kriżi/


INSERT AUDIO- [Dr. MX- Interview] 4:51 - 5:14 (23sec)

l-app hija frott …’


Din l-app hija l-ewwel waħda f’pajjiżna li toffri din it-tip t’għajnuna/ L-għan tagħha hija li tgħin lil persuni jikkontrollaw ħsibijiet u azzjonijiet realtati ma’ suwiċidju jew self-harm//


Karatteristika oħra ta’ din l-app hija dik imsejjħa ‘Buddy system’,


INSERT AUDIO- [Dr. MX- Interview] 5:47- 6:27 (40sec)

Buddy system x’inhi?…’


Dott. Mark Xuereb fakkar kif jekk f’pajjiżna hawn bejn tnejn u erba’ persuni li għamlu suwiċidju, għall-kull wieħed li jtemm ħajtu hemm ħamsa u għoxrin li ppruvaw//


INSERT AUDIO- [Dr. MX- Interview] 5:18 - 5:44 (26sec)

L-app hemm fiha …’


Il-mard mentali ma tistax tfejqu b’vaċċin bħal Covid-dsatax (19) u allura l-ħtieġa li nieħdu ħsieb il-kwalità tal-ħajja, bħal dejjem għandha tinżamm prijorità//



Il-prezzijiet

Kitba ta’ Kieran Farrugia


Background music: [ ](From: __ till: __)

Insert Voice clip: [ ] 01:52:00-02:06:21


Il-pandemija tal-Covid-dsatax (19) ġabet magħha diversi problemi, fejn familji bagħtew finanzjarjament. Fuq kollox anke n-negozji li huma ikkunsidrati bħala n-nukleju tal-ekonomija Maltija, spiċċaw ħadu daqqa ta’ ħarta kbira /


Il-Gvern Malti għamel bosta skemi ta’ għajnuna finanzjara lin-negozji Maltin/ Iżda mhux kull negozju ibbenefika minn din l-iskema/ Minkejja lill-gvern Malti alloka pakkett finanzjarju ta’ għoxrin miljun (20,000,000) ewro li fost oħrajn kienu jkopru l-ħlas ta’ kontijiet ta’ dawl, dan il-pakkett ma laħħaqx lil kull negozju f’Malta/

Sidien tan-negozji kellhom jaffaċjaw bosta problemi, fosthom fuq kif ħa jerġaw jagħmlu l-qliegħ kif ukoll kif ħa jkunu sostenibbli f’sitwazzjoni straordinarja bħal din/ Bosta negozji kellhom ukoll jbiddlu t-tip ta’ sistema ta’ operazzjoni għaliex il-bibien tagħhom ġewwa magħluqa hekk kif il-pandemija ħarbtet ir-rutina tan-negozji/


Filwaqt lill-gvern ħabbar miżura ta’ għaxart elef (10,000), lin- negozji li qed jsibu x-xkiel biex jerġaw jaqbdu saqajhom fl-industrija tagħhom, din l-iskema kellha ukoll tgħin sidien li jaħdmu għal rashom/ Iżda mhux kull sid li jaħdem għar-rasu ibbenefika minn din l-iskema/


Lennon Pulis, li hu jaħdem għar-rasu bħala artist tat-tpinġija, stqarr li ma ibbenefikax mill-iskema li għamel il-gvern biex jgħin lil sidien li jaħdmu għar-rashom/ Għaldaqstant, dik ma kienetx l-ikbar problema għalih, għaliex l-akbar problema hija d-dħul tal-prodotti/ Stqarr, li l-prodotti kellhom jgħollew ħabba l-pandemija, iżda mhux biss għaliex il-problema ta’ Brexit ukoll affettwat in-negozju tiegħu/ Pulis stqarr, li kien jġib il-prodotti mir-Renju Unit, iżda peres lir-Renju Unit ħarġet mill-Unjoni Ewropea, kull prodott li jidħol ġewwa Malta minn dan il-pajjiż, Pulis rrid jħallas aktar ħabba s-sistema ta’ taxxa lill-gvern Brittanniku għamel/


Mistoqsi dwar jekk il-prezzijiet humiex ħa jorħsu jew le wara l-pandemija, Pulis stqarr li jrid jgħolli naqra l-prezz biex jġib in-negozju tiegħu f’kundizzjoni diċenti/


INSERT AUDIO- Pulis prezzijiet (00:20-00:48)


Meta mistoqsi jekk hux fidjuċjuż lin-negozju tiegħu hux se jirkupra mill-ewwel, Pulis jaħseb li ħa jdum biex n-negozju tiegħu jirkupra għaliex fi kliemu stqarr li diffiċli ħafna li dan jiġri/


INSERT AUDIO- Irkupru (01:31-01:49)

Minkejja li fi stqarrija l-gvern Malti qal, li mhux se jimponi taxxi ġodda, ċertu negozji xorta kellhom jgħollu l-prezzijiet tagħhom minkejja li ngħataw il-benefiċċji mingħand il-gvern/ Għaldaqstant, is-sitwazzjoni xorta tibqa’ waħda serja għan-negozji Maltin, għaliex ekonomikament ħadu daqa’ ta’ ħarta kbira, u minkejja lill-għajnuna kienet hemm, l-pandemija ikkaġunat ħsara kbira lill-settur tan-negozji/




L-impatt tal-pandemija fuq in-negozji u l-aġenti tagħhom

kitba ta’ Marianna Calleja


Background music: [ ](From: __ till: __)

Insert Voice clip: [ ]


L-MHRA/ l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti/ permezz ta’ stqarrija/ esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-Gvern ikkonferma l-ftuħ tas-settur turistiku mill-1 ta' Ġunju/


Innizjalment l-istess assoċjazzjoni kienet talbet lill-Gvern Malti biex javża minn qabel meta se jiftaħ biex jippreparaw ruħhom kif ukoll jassiguraw li għandhom dak kollu li jaf ikollhom bżonn biex jaqdu lil-konsumatur/ Ma nistgħux niċħdu li s-settur turistiku huwa is-sors primarju tal-ekonomija Maltija iżda s-settur turistiku mhux l-unika settur li sofra taħt l-idejn iebsa tal-pandemija//


Il-Kamra tal-aħbarijiet tal-MCAST tkelmet ma’ numru ta’ aġenti u sidien tan-negozji biex tagħraf aħjar l-impatt tal-pandemija fuqhom lill hinn mill-prezzijiet//

Fosthom insibu lil Luana Falzon, direttriċi ta’ Shaker/ kumpanija tal-għamara li taħdem biss fuq prodotti personalizzati/ Falzon stqarret li l-pandemija ħalliet kemm impatt negattiv iżda wkoll pożittiv fuq is-suq partikolari tagħhom//


Minn l-att negattiv Falzon spjegat li l-pandemija laqtithom kull sena b’mod differenti/


INSERT AUDIO [MA Luana Falzon] 0:19 - 0:26 7 sec

‘...’


Madankollu n-nies maħkuma mill-biża baqgħu f’darhom/ Fi ftit kliem il-kumpanija naqqset mill-bejgħ u l-materjal maħżun baqa’ fejn kien/ Minħabba li l-għamara tagħhom hi personalizzata/ l-maġġoranza tal-materjal ma jkunx jista’ jiġi użat għal proġetti oħra u għalhekk din l-għamara baqgħet merfugħa//


Tajjeb li ngħidu li din il-kumpanija jaħdmu ma’ numru ta’ kumpaniji, negozji u ristoranti biex tfornihom/ Ħafna minn dawn imsemmiha ħadu l-opportunita’ li jbiddlu d-diżinn u l-għamara tan-negozju tagħhom/ Dan wassal biex is-sena ta’wara il-kumpanija żdiedet fix-xogħol pero’ l-aġenti kellhom jirrifjutaw ix-xogħol xorta waħda//


INSERT AUDIO [MA Luana Falzon] 0:27 - 0:45 18 sec

‘...’


Luana Falzon temmet tgħid li l-ikbar wegħġa għalihom hi li jidħol salesman u jkollhom jgħidulu li mhux se jkunu jistgħu jaqduh//


INSERT AUDIO [MA Luana Falzon] 0:58 - 1:31 33 sec

‘...’


Minn att pożittiv, id-diretriċi tennet li l-kumpanija tagħllmet tuża sal-aħħar ċentimetru tal-materjal li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom/ Fejn qabel biċċa injama ta’ ftit ċentimetri kienet tintrema, issa saru jaħżnuha sakemm jiġu bżonnha imqar biex jagħmlu feles minnha//




//Tmiem//







Comments


Post: Blog2_Post

Subscribe Form

Thanks for submitting!

79990469

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

©2020 by DIGITAL DIARY.. Proudly created with Wix.com

bottom of page