top of page

Skript BULLETTIN - RADJU - Eżami 2021

  • niraylgrech15
  • May 26, 2021
  • 1 min read

Inselmilkhom jiena Nirayl Grech minn MCAST News/ nilqagħkhom għall-bullettin tal-aħbarijiet/ Dawn huma il-punti ewlenin//

1. Iktar ħidma minn ‘Infrastructure Malta’ bl-għan li tiżdied is-sigurta fit-toroq Maltin

2. Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra Infrastructure Malta

3. Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

4. Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited



Nibdew bl-ewwel servizz flimkien ma’ Nirayl Grech, fejn se nkunu qegħdin nagħtu ħarsa lejn in-numru ta’ miżuri li ‘Infrastructure Malta’ qed jieħdu bl-għan li tiżdied is-sigurta’ fit-toroq Maltin //


L-iżvillup hu suġġett li jibqa jitfaċċa fuq il-ġurnali, kif ukoll fuq il-midja soċjali kull tant żmien / Minkejja li għandhom jittieħdu deċiżjonijiet biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-toroq, dan m’għandux isir għad-detriment tal-bdiewa Malti// Naraw aktar fis-servizz imħejji minn Anthea Cachia//


Ftit passi il-bogħod iżda nibqgħu fit-tramuntana ta’ Malta/ Kontroversja li bdiet biss ftit jiem ilu / Iktar fuq il-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta fis-servizz ta’ Kieran Farrugia//


Ngħaddu għall-aħħar servizz/ Fl-elfejn u ħmistax (2015) beda l-iżvillup ta’ kumpless inkluż supermarket fil-limiti tal-Mosta / Sitt (6) snin wara ġie propost il-bini ta’ supermarket ieħor ftit passi l’ bogħod / Nisimgħu aktar fis-servizz ta’ Marianna Calleja //


Dak kien kollox għal-lum / Dawn kienu il-punti ewlenin//


1. Iktar ħidma minn Infrastructure Malta bl-għan li tiżdied is-sigurta’ fit-toroq Maltin

2. Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra ‘Infrastructure Malta’

3. Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

4. Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited


Grazzi li kontu magħna / Jiena Nirayl Grech, Insellmulkhom u nixtiequlkom il-kumplament tal-ġurnata t- tajba//


//Tmiem//










Comments


Post: Blog2_Post

Subscribe Form

Thanks for submitting!

79990469

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

©2020 by DIGITAL DIARY.. Proudly created with Wix.com

bottom of page