top of page

Skript Bullettin- Eżami 2021

  • niraylgrech15
  • May 26, 2021
  • 2 min read

Inselmilkom jiena Marianna Calleja minn MCAST News/ nilqagħkhom għall-bullettin tal-aħbarijiet/ Dawn huma il-punti ewlenin//


  1. Iktar ħidma minn ‘Infrastructure Malta’ bl-għan li tiżdied is-sigurtà fit-toroq Maltin

  2. Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra ‘Infrastructure Malta’

  3. Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

  4. Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited


Riċentament ħarġet l-aħbar minn Infrastructure Malta li f’Triq il-Kosta se jiġu installati erbgħa (4) speed cameras ġodda / Għalkemm il-kameras kienu installati, għadu wisq kmieni biex nistudjaw jekk l-effett tagħhom huwiex qed jinħass //


Ningħaqdu f’kollegament ma’ Nirayl Grech, minn Triq il-Kosta, biex flimkien nifhmu iktar il-ħidma minn Infrastructure Malta , bl-għan li tiżdied is-sigurta fit-toroq Maltin //


INSERT: NG01_Infrastructure (0:00- 1:55)


Nibqgħu fuq l-istess Ministeru, tal-Onorevoli Dr Ian Borg / Infrastructure Malta riċentament qiegħda tissemma ħafna aktar//


Dan mhux biss minħabba l-proġetti, bl-għan li jtejbu s-sigurta’ tat-toroq Maltin, iżda wkoll minħabba proġetti li jqajmu kontroversja, speċjalment mal-ambjentalisti //


Fis-servizz li jmiss, ta’ Anthea Cachia , niltaqgħu ma’ Andre Callus, wiċċ sinonimu ma’ Moviment Graffitti, kif ukoll ma’ Cane Vella, bidwi li qed isofri taħt l-idejn ħorox ta’ Infrastructure Malta//


INSERT: AC02_ Burmarrad Saga (0:00-1:49 )


Nibqgħu fit-Tramuntana ta’ Malta // Fl-aħħar jiem Mcast News, segwa fil-viċin kontroversja oħra li nqalgħat propju il-Mosta//


Il-ġurnalist Kieran Farrugia ltaqa’ ma’ Keith Cassar, il-kunsillier u l-minority leader fil-Mosta / Insegwu aktar f’dan is-servizz //


INSERT: KF03_Monument (0:00- 1:30 )


Tajjeb ukoll li nagħtu widen lil ambjentalisti u l-assoċjazzjonijiet li qegħdin jieqfu għal abbuż //

Fl-aħħar servizz niltaqgħdu ma’ Dawn Audrienne Saliba mil-Assoċjazzjoni Arc //


Din l-assoċjazzjoni kienet minn tal-ewwel li ġġieldet għal tal-Qares, fil-Mosta // Insegwu flimkien l-aħħar servizz ta’ Marianna Calleja //


INSERT: MC04_Tal-Qares (0:00-2:00)


Dawn kienu l-punti ewlenin:


  1. Iktar ħidma minn Infrastructure Malta bl-għan li tiżdied is-sigurta fit-toroq Maltin.

  2. Il-ġlieda bejn il-bdiewa u Moviment Grafitti kontra Infrastructure Malta

  3. Il-kontroversja wara l-monument tal-missjunarji Maltin fil-Mosta

  4. Tal-Qares fil-Mosta mhedded mill-kuntratturi Pepprina Limited


Grazzi li kontu magħna / Jiena Marianna Calleja, Insellmulkom u nixtiequlkom il-kumplament tal-ġurnata t- tajba//


// TMIEM //






Opmerkingen


Post: Blog2_Post

Subscribe Form

Thanks for submitting!

79990469

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

©2020 by DIGITAL DIARY.. Proudly created with Wix.com

bottom of page