top of page

Script- PRG 2: L-isports f’pajjiżna

  • niraylgrech15
  • May 4, 2021
  • 6 min read

Introduzzjoni

Miktub minn Rosemarie Calleja


Background Music : [] ()

Voice Clip: []


Nilqgħukom għal episodju ieħor ta’ MCAST Anon/ Din id-darba se neħodkhom fi vjaġġ ieħor, fejn l-istudenti tagħna se jitkellmu fuq l-isport l-aktar favorit fil-gżejjer Maltin//


Nirayl Grech se titkellem fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel/ Anthea Cachia se tirrakkonta l-istorja tar-regatta f’pajjiżna filwaqt li Kieran Farrugia se jgħidilna x’inhu l-aktar sport favorit f’Malta, il-futbol//


Grazzi talli kontu magħna, niltaqgħu fil-programm li jmiss//




Ir-regatta

Miktub minn Anthea Cachia


Background Music : [sport rock] (Loop)

Voice Clip: [Voice over thea.wav]


NB: TRANSCRIPT IN ITALICS !DO NOT READ!


INSERT AUDIO CLIP: [rowing.wav] (from: 0:09 till 0:13)


Ir-regatta/ Kompetizzjoni nazzjonali, sinonoma mal-irħula Maltin, b’mod partikolari dawk li huma mżewwqa bl-ibħra, bħalma huma Birżebbuġa, Kalkara, Bormla, Marsa, Marsamxett, Isla u Birgu//


Fi ftit kliem sempliċi, ir-regatta hija kompetizzjoni ta’ qdif li, għalkemm minn lenti ta’ ċittadin, li mhux midħla ta’ dan l-isport, jaf tidher xi ħaġa faċli, tirrikjedi dedikazzjoni u taħriġ fiziku kbir//


Huwa faċli, li wieħed jiddistingwi l-irħula, mill-kuluri sinonimi tagħhom/ Birżebbuġa għandhom l-aħmar, l-abjad u l-ikhal/ Bormla għandhom l-ikhal ċar/ Il-Kalkara għandhom l-aħdar/ Tal-Marsa għandhom l-aħmar u l-ikhal/ Marsamxett għandhom il-kulur isfar/ L-Isla għandhom l-aħmar u l-isfar u l-Birgu l-aħmar//


INSERT AUDIO CLIP: [call] (from: 0:32 till 1:30)


Ir-regatta, hemm żewġ elementi tagħha. Għandek il-lat sportiv u lat kulturali. Il-lat kulturali li hija attivita li ilha ssir snin, minn 1950s u l-Maltin, speċjalment in-naħa tas-south, kienet tradizzjoni. U għandek l-element sportiv li jissieltu biex jieħdu s-shield u tradizzjoni għal club tagħhom.


INSERT AUDIO CLIP: [rowing.wav] (from: 3:14:06 till 4:19)


Meta konnha taħt l-Ingliżi, l-Ingliżi kienu jagħmlu dawn il-competitions bir-rowing/ F’dak iż-żmien ukoll il-pulizija u l-armata kienu jikkompetu. Iġifieri hija parti mill-kultura tagħna u tista’ tgħid mit-tradizzjoni tagħna/ U kien hemm ħafna, li meta kienet issir ir-regatta fil-31 ta’ Marzu u fit-8 ta’ Settembru, li huma festi nazzjonali, f’ dawk iż-żminijiet u l-ġranet ma kienet issir l-ebda attivita’ sportiva/ Kienet issir ir-regatta biss waħidha allura n-nies, il-popolin, kien jinżel bi ħġaru biex jara r-regatta u ma kienux jinżlu nies li jkunu minn-naħa tas-south biss kienu jinżlu nies ukoll li kienu jkunu minn barra minn dawn l-irħula, għaliex kien mezz ta’ spettaklu u qed jaraw it-tiġrijiet nazzjonali qed isiru//


INSERT AUDIO CLIP: [voice over thea] (from: 0:15:16 till 0:24:25)


Ta’ kull sena l-qaddiefa jiltaqgħu għal din il-kompetizzjoni f’jumejn importanti għall-istorja ta’ pajjiżna/ Fil-wieħed u tletin (31) ta’ Marzu, Jum il-Ħelsien, li dakinhar il-pajjiż jiċċelebra meta l-flotta Ingliża telqet mill-ibħra Maltin/ It-tieni jum huwa Jum il-Vitorja, fit-tmienja (8) ta’ Settembru, li tfakkar il-ġrajja taż-żewġ assedji li saru f’Malta u Għawdex u t-tmiem ta’ bumbardament mill-ġirien Taljani, waqt it-Tieni Gwerra Dinjija//


Il-ġirja għar-rebħa tibda milll-Port il-Kbir, fil-Belt Valletta u jikkompetu f’żewġ kategoriji, wieħed għal professjonisti u l-ieħor għad-dilettanti u ġeneralment iddum, bejn wieħed u ieħor, ħames siegħat//


Dokumenti juru li r-regatta ġiet introdotta fl-elf tmien mija tnejn u ghoxrin (1822)/ Ir-rebbieħa kienu jiġu premjati b’flus u palju, li kienu bnadar magħmula mill-għażel/ Madankollu, illum il-ġurnata l-premju huwa differenti/ Ir-raħal li jġib l-ogħla punti jingħata tarka aggregata//


Ejja nħarsu lejn ir-regoli ta’ din it-tiġrija//


F’Awwissu tal-elf disa’ mija ħamsa u sebgħin (1975), il-Gazzetta tal-Gvern ippublikat numru ta’ regolamenti għal-kompetizzjoni li jmiss, jiġfieri dik ta’ Settembru/ Il-maġġoranza ta’ dawn ir-regolamenti kienu jitkellmu dwar speċifikazzjonijiet tad-dgħajjes li għandhom jintużaw sal-llum il-ġurnata, maż-żmien ċertu regolamenti ġew riveduti//


Kull tiġrija, għandha dgħajjes differenti/ Bħalma semmejtilkhom diġa’, għeżież semmiegha, dawn huma uħud mid-dgħajjes tradizzjonali li ilhom jaqdfu fil-baħar Mediterran/ Il-kajjik, il-frejgatina, id-dgħajsa, tal-pass u d-dgħajsa tal-midalji//




It-tiġrijiet taż-żwiemel


INSERT AUDIO CLIP: [horse race bugle sound effect .wav] (from: 0:00 till 0:09)



It-tiġrijiet taż-żwiemel għandhom tradizzjoni twila f'Malta/ Fost it-tiġrijiet li jsiru f’pajjiżna, hemm it-tiġrija li ssir kull sena fit-Telgħa tas-Saqqajja, fir-Rabat/ Din issir fid-disa’ u għoxrin (29) ta’ Ġunju u tmur lura għas-seklu ħmistax //


Dawn it-tiġrijiet jiffurmaw parti miċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali tal-Festa tal-Qaddisin ta’ San Pietru u San Pawl, jiġifieri l-Festa tal-Imnarja / Huma kienu mħeġġa ħafna mill-Kavallieri ta’ Malta / Qabel l-elf tmien mija tmienja u sittin (1868) l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel kien prattikat f'diversi rħula Maltin u Għawdxin//


INSERT AUDIO CLIP: [answer 1.wav] (from: 0:00 till 0:40)


Kienet xi ħaġa li kienet parti mit-trobbija tiegħi / Iġifieri jiena dejjem kont involut u nsegwi l-isports favorit tiegħi kif taf int tat-tiġrijiet taz-zwiemel / U naħseb li kienu zewġ fatturi importanti / L-ewwel ntett, il-familja / Dejjem kont imdawwar b’nies li jiġu minni; qraba, kuġini, zijiet li kienu direttament involuti illi trabbejt magħhom u anke l-fatt li t-trobbija tiegħi kienet fejn iz-zona tal-Marsa u Ħal Qormi / Allura bla ma rrid qisu l-ewwel sports li konna nsegwu huwa dak li jiġi organizzat fil-vicin u f’dak il-każ kienet it-tiġrijiet taż-żwiemel tal-Marsa //


Ħafna sidien kienu jipprattikaw dan l-isport f'tiġrijiet organizzati f'toroq ewlenin/ Huma kienu jużaw żwiemel u ħmir li kienu jgħixu fl-għelieqi tagħhom waqt il-jiem tax-xogħol / Il-korsa fil-Marsa, li twaqqfet fl-elf tmien mija tmienja u sittin (1868), ġiet meqjusa bħala waħda mill-itwal korsiji fl-Ewropa, b’ tnejn punt tmien (2.8) kilometru / L-ewwel tiġrijiet tal-Marsa saru fit-tnax (12) u t-tlettax (13) ta' April fl-elf tmien mija disgħa u sittin (1869)//


Fil-korsa tal-Marsa għadhom isiru tiġrijiet sal- llum il-ġurnata/ It-trakka tat-tlielaq taż-żwiemel tilqa numru ta' kampjonati u tiġrijiet fit-tlielaq tat-trott għaż- żwiemel tat-tiġrija u l-ponijiet/ Il-korsa jistħoqqilha li tinżamm ta’ importanza, biex tkompli ttejjeb l-isport prattikat/ Hemm il-potenzjal li Malta ssir sit attraenti għal avvenimenti internazzjonali tat-tiġrijiet taż-żwiemel //


INSERT AUDIO CLIP: [horse running sound.wav] (from: 0:00 till 0:06)


Fl- elfejn u dsatax (2019) seħħ proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ tmienja u għoxrin (28) miljun ewro, approvat mill-Parlament, fejn il-korsa ġiet immodernizzata b’mod ħolistiku/ Barra minn hekk, diversi sewwieqa li jkunu ta’ suċċess u li jikkompetu wkoll barra minn Malta / Propju Rodney Gatt li huwa sewwieq taż-żwiemel, ġie meqjus bħala t-tieni l-aktar bniedem sportiv tas-sena elfejn u għoxrin (2020)/ Fil-Marsa ħafna jqisuh bħala ċ-champion ta’ Malta/ Għar-raba’ sena konsekuttiva rnexxielu jegħleb l-isfida tar-rivali tiegħu fl-aħħar ġimgħat tal-istaġun u anke irnexxielu jirbaħ ħames tiġrijiet fi programm wieħed //




Il-Futbol f’ Malta

Kitba ta’ : Kieran Farrugia

Background Music : [] ()

Voice Clip: []

INSERT AUDIO CLIP:[L-Għajta tal-gowl]

(From 0:00-0:13)

Il-futbol huwa l-aktar sport popolari fil-Gżejjer Maltin, fejn mhux biss huwa l-aktar sport li jintlagħab, però huwa ukoll l-aktar sport segwit mill-poplu //

Dan l-isport ġie introduċut f’Malta mill-Ingliżi, f’nofs is-seklu dsatax (19) / Dan meta s- suldati Inglizi kienu jużaw dan l-isport bħala passatemp / Uħud mill-Maltin li kienu stazzjonati mas-suldati Ingliżi, għoġobhom dan l-isport u bdew jilgħabu maghhom fil-ħin rikreattiv / Il-Ġurnalist sporttiv Robert Busuttil jispejga kif beda’ il-futbol f’Malta//


INSERT AUDIO CLIP: [Robert jitkellem fuq il-futbol Malti ġie introdott]: INSERT AUDIO CLIP [Ballun jaħbat mal-lasti]c


L-ewwel klabb tal-futbol, li ġie mwaqqaf fil-gżejjer Maltin, kien prorpju l-klabb ta’ St.George’s Football Club li jinsab f’Bormla, fl-elf tmien mija u disgħin (1890) / Sitt (6) snin wara, jiġifieri fl-elf tmien mija sitta u disgħin (1896), ġie mwaqqaf f’Malta, li kien it-tieni klabb tal-futbol, il-klabb ta’ Floriana Football Club //


L-assoċjazzjoni tal-futbol Maltija (L- MFA) ġiet mwaffqa fl-elf disgħa mija (1900), bl-ewwel staġun tal-futbol Malti intlagħab fl-elf disgħa mija u disa’ (1909) u l-elf disgħa mija u għaxra (1910) / Dak l-istaġun kien mirbuħ mill-klabb ta’ Floriana //


Pero’ bejn l-istaġun elf disgħa mija disgħa u tletin (1939) u elf disgħa mija u erbgħin (1940), il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni, kien l-unika lig fil-pajjiż/ Fl-elf disgħa mija disgħa u għoxrin (1929) u elf disgħa mija u tletin, (1930), ippruvaw jintroduċu t-tieni diviżjoni, b’sistema tar-relegazzjoni u promozzjoni, iżda din ma tantx għamlet suċċess//


Sistema ġdida, kellha tiddaħħal sbatax-il sena wara biex il-futbol Malti jkollu aktar minn diviżjoni waħda/ L-ewwel edizzjoni tat-tieni diviżjoni, bis-sistema l-ġdida, ġiet mirbuħa b’decider bejn Naxxar Lions u Ħamrun Spartans/ Dan kien intrebaħ min-Naxxar Lions bl-iskor ta’ erbgħa (4) b’xejn (0)//


L-FA trophy hija t-tazza domestika li ġiet introdotta bħala kompetizzjoni sekondarja /Fl-istaġun tal-elf disgħa mija erbgħa u tletin (1934) u l-elf disgħa mija ħamsa u tletin (1935), din il-kompetizzjoni ġiet mirbuħa għall-ewwel darba minn Sliema Wanderers / Din ir-rebħa saret waqt partita kontra r-rivali tagħhom, Floriana FC, bl-iskor ta’ erbgħa (4) b’xejn//


It-tazza tal-FA trophy ingħatat lill-Maltin mill-Ingliżi, bħala rigal / Fl-elf disgħa mija tlieta u tletin, it-tim nazzjonali Ingliż lagħab partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Taljan//

Dan, ġara wara li ftit Maltin taw l-appoġġ tagħhom lit-tim Ingliż ħabba t-tensjoni politika li kien hemm dak iż-żmien fil-kontinent Ewropew//


Minn naħa l-oħra f’Għawdex intlagħab il-futbol bl-ewwel edizzjoni tal-kampjonat Għawdxi jsir fl-elf disgħa mija sebgħa u tletin (1937)/ elf disgħa tmienja u tletin (1938) li ġie mirbuħ minn Victoria Stars/ Robert Busuttil qal kif il-futbol f’Għawdex twieled u fejn beda’ jintlagħab il-futbol f’Għawdex l-ewwel//


INSERT AUDIO CLIP:[Robert jitkellem fuq kif il-futbol f’Għawdex beda’]


B’kollox fil-gżejjer Maltin hawn sebgħa u sittin (67) klabb irreġistrati fil-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija/ Il-futbol ma jintlagħbx biss mill-irġiel, imma minn nisa, li b’dan tal-aħħar qed jinkisbu riżultati pożittivi/ Robert Busuttil spejga kif il-futbol femminili beda’ hawn Malta u kif kellu jkun pjuttost riċenti lill-futbol femminili ħa spinta hawn Malta//


INSERT AUDIO CLIP: [Robert jitkellem fuq l-oriġini tal-futbol femminili] : INSERT AUDIO CLIP [L-atmosfera fil-grawnd]


Imma ħalli ma nibqgħux ngħidu fuq il-futbol għax nistgħu nibqgħu għaddejjin sa għada u naqilbu fuq sports oħra li huma

importanti f’pajjiżna/









Comments


Post: Blog2_Post

Subscribe Form

Thanks for submitting!

79990469

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

©2020 by DIGITAL DIARY.. Proudly created with Wix.com

bottom of page