Script
- niraylgrech15
- Jan 26, 2021
- 5 min read
Script
L-Elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti:
Hooligans music; 0:00-0:31
Background music;
Rosemarie Calleja: Fis-sagħtejn u kwart ta’ wara nofsinhar, fis-sitta ta’ Jannar, segwaċi tal-President Trump kissru l-ħġieġ tat-twieqi u daħlu fil-binja tal-Capitol/ Dan kien il-bidu tal-aktar attakk serju fuq il-Capitol mill-gwerra tal-elf, tmien mija u tnax/ Bl-għajjat tagħhom, il-gruppi ribelli saħqu li l-kostituzzjoni ġiet mhedda minħabba t-telfa ta’ Trump//
Merħba għal l-ewwel edizzjoni tal-podcast edukattiv u soċjo-kulturali, bl-isem ta’ MCAST Anon/ Nixtieq nintroduċi lill-istudenti tal-ġurnaliżmu li qegħdin jagħmlu l-Baċċelerat tat-tieni sena; Anthea Cachia, Kieran Farrugia, Marianna Calleja , Nirayl Grech u Matthea Sghendo / F’din l-edizzjoni se niddiskutu l-andament ta’ l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti/ Elezzjoni li ġiet diskussa ħafna fuq il-mezzi tal-massa u kienet kontroversjali għall-aħħar //
Kitba ta’ Marianna Calleja
It- tlieta ta’ Novembru elfejn u għoxrin, kienet id-data li rat il-bidu għall-elezzjoni presidenzjali li wasslet għal rebħa ta’ Joe Biden biex imexxi l-Istati Uniti tal-Amerika minn Jannar li ġej/ Din l-elezzjoni kienet ta’ influwenza enormi fuq kulħadd iżda ħafna aktar fuq kull persuna bi dritt li jivvotta/ Għaldaqstant, huwa għalhekk kruċjali li l-votanti jkollhom l-informazzjoni biex jedukaw ruħhom u b’hekk jiffurmaw deċiżjoni bilgħaqal/ Il-midja tilgħab rwol kruċjali ukoll, speċjalment għax hi responsabbli li tittrasmetti l-informazzjoni lill-poplu//
Donald Trump huwa sinomimu mal-midja u kien hu stess li mil-bidu tal-elezzjoni allega li n-nies qed ixandru aħbarijiet foloz dwaru/ /
INSERT AUDIO CLIP [7 sekondi clip] -
‘And I want you all to know that we are fighting the fake news, it’s fake …’
Minn naħa l-oħra ħafna juru, li Trump innifsu jxerred aħbarijiet foloz/ Dan intwera riċentament f’kollegament dirett mal-White House meta l-ġurnalista ta’ NBC News, Savannah Guthrie interrompiet ix-xandira diretta biex tikkoreġi lil Donald Trump/ F’din ix-xandira diretta, l-eks president tal- Amerika kien qiegħed iħabbar rebħa falza, infatti Trump għamel ħamsa u erbgħin minuta jsemmi liema stati rebaħ/ Guthrie flimkien mal-kollega tagħha Chuck Todd, informat lit-telespettaturi li "dan li qed jgħid Trump frankament mhux veru//" [31:36 - 32:20]
INSERT AUDIO CLIP [65 sekondi clip] -
‘They knew they could not win…have not been counted’
Background music Epic Us Anthem [30:30 - 32:45]
Kitba ta’ Anthea Cachia
Il-Midja soċjali u l-influwenza tagħha fl-elezzjoni elettorali fl-Istati Uniti/
Kien hemm diversi ċelebritajiet li użaw il-fama tagħhom biex jinfluwenzaw lill-pubbliku, b’mod partikolari lill-ġenerazzjoni żagħżugħa/ Waħda minn dawn, kienet proprju l-attriċi Jennifer Aniston/ F’kumment fuq il-profil tal-midja socjali Instagram hija qalet: /
INSERT AUDIO [Jennifer Aniston SLAMS Kanye West's Presidential Run & He Responds!]: 0:36 - 0:54 18sec
‘I voted for Joe Biden and Kamala Harris. I dropped my belly off …’
Madanakollu, din ma kinitx l-unika stilla li semmet leħinha/ Gigi Hadid, mudella popolari li kienet vokali tul il-kampanja, ta’ spiss kienet tirrimarka dwar l-eks president American Donald Trump u l-familja tieghu/ Kulħadd jiftakar il-mument fejn il-mudella, imitat lill-mara ta’ Donald Trump, Melania//
INSERT [Gigi Hadid does Melania Trump impression - Full Monologue at the AMAs] 2:26 -
‘ I love my husband , president Barack Obama and our children …’
Din l-imitazzjoni saret bi skop/ Minkejja li Hadid indirizzat lilha nnifisha bħala, Michelle Obama, hija, bdiet tirreferi għal mument fejn Melania Trump imitat id-diskors ta’ Michelle, fl-2016//
INSERT AUDIO: (Background music) [32:48 - 34:41]
Kitba ta’: Kieran Farrugia
Kif se jtejbu r-relazzjoni diplomatiċi
INSERT audio [37 seconds]:
‘I will join the Paris Accord because with us out look what is happening…’
Ovvjament, anke d-dinja se tħares lejn din l-elezzjoni b’reqqa kbira/ Pero’, l-akbar pass min- naħa ta’ Joe Biden hu li jrid, jerġgħa jpoġġi l-Istati Uniti fil-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima/ Biden jistqarr ukoll li pajjiż bħal Brażil, qed ikollu problemi biex isolvi t-tibdil fil-klima billi stqarr li l-foresti tropikali qed jassorbu aktar emissjonijiet tal-karbonju mill-Istati Uniti bħala pajjiż sħiħ//
INSERT audio [72 seconds]:
‘In addition every year, China dumps millions and millions of tons of plastic and trash into the ocean …’
Minn naħa l-oħra, Biden se jkun qed jirranġa l-iżbalji ta’ Trump / Biden irid jibni relazzjonijiet diplomatiċi aħjar maċ-Ċina, wara rimarki li kien għadda Trump meta qal li ċ-Ċina huwa l-aktar pajjiż li joħloq tniġġis rigward karbonju u merkurju fid-dinja/ Dan qalu meta tkellem fil-ħamsa u sebgħin Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda/
Trump stqarr, ukoll li l-Istati Uniti, kien l-aktar pajjiż li naqqas l-emmisjonijiet tal-karbonju minn kull pajjiż, li kien hemm fil-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima/ Stqarr ukoll, li jekk il-ġnus magħquda trid tkun istituzzjoni aktar effettiva, għandha tiffoka aktar fuq problemi bħal terroriżmu, oppressjoni fuq in-nisa, traffikar tad-droga, traffikar uman u fost oħrajn li Trump semma//
Insert Background Music [57:42-59:27]
INSERT AUDIO: (Background music) [34:48- 36:19]
Kitba ta’ Nirayl Grech:
Vox Pop [36:20-37:07 ]
Staqsejna lill-pubbliku kif jahsbuha fuq ir-rizultat presidenzjali tal-Istati Uniti bejn Joe Biden u Donald Trump, u kif jaħsbu li l-midja socjali affetwat f’din il-kampanja elettorali / (13 seconds)
Insert Audio: Vox Pop Question 2 (11:57 seconds)
Kif imur man-nies naħseb huwa aħjar / Jieħu l-affarijiet aktar bis-serjeta, għalkemm xi ħafna nies qegħdin jgħidu li hu mmexxi minn xi ħadd ieħor / Imma naħseb fil-verita’ Biden għandu aktar potenzjal.
Insert Audio: Vox Pop Question 3 ( 8 seconds)
Naħseb li bħalissa l-Amerika għaddejja minn żmien fejn in-nies huma diviżi ħafna / In-nies naħseb illi xebgħu jisimgħu allegazzjonijiet kontra x-xjenza /
Kitba: Matthea Sghendo
Music 37:08 - ____
Xagħrejn wara l-elezzjoni, Trump għadhu ma’ aċċettax it-telfa kontra Biden.
Hekk kif l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti, ilha ftit aktar minn xagħrejn, informazzjoni sigrieta ġiet imxandra li tikkonsisti telfonata ta’ siegħa bejn Donald Trump u Brad Raffensperger, li huwa s-segretarju tal-istat ta’ Georgia, fl-Amerika//
Din it-telefonata seħħet nhar is-Sibt, tnejn ta’ Jannar, tinstema tgħid li Trump jagħfas lis-Segretarju tal-istat Brad Raffensperger biex isib ħdax il-elf, seba’ mija u tmenin vot biex iġib vot wieħed aktar minn Joe Biden//
(INSERT VOICE CLIP TRUMP
(‘All I wanna do is, I just want to find 11,780 votes …’)00:00 – 00:14)
Raffensperger ikkundanna l-aġir ta’ Trump/ biex ibiddlu l-voti/ Huwa qal ukoll li Trump għandu sfidi quddiemu/ ta’ diżinformazzjoni//
(INSERT VOICE CLIP BRAD)
‘But Mr President the challenge that you have is to say …’ 00:00 – 00:25)
Il-mod ta’ kif Trump tkellem kien mod aggressiv u dispreġġjattiv/ Huwa sostna li rebaħ l-elezzjoni/ kif ukoll li hemm it-taħwid u konfużjoni fl-istat ta’ Georgia/ Trump jemmen li se jkun hemm stati oħra li lesti biex idawru l-voti li jaffettwaw ir-riżultat finali/ Din it-telefonata xxandret fuq il-mezzi kollha tax-xandir//
Din turi kemm Trump għadu ma aċċettax it-telfa/ L-għada, Brad Raffensperger ħass li kellu jagħmel konferenza stampa biex jikkjarifika li Trump qed jghid il-fatti hziena biex ittellef is-sistema demokratika/ Raffensperger sostna li l-uffiċju tiegħu dejjem kien trasparenti u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin//
(INSERT VOICE CLIP BRAD2
‘Here’s the takeaway from all this. This office has been …’. 00:00 -00:08)
Din il-battalja fl-Amerika tkompli u tiggrava/ Trump instiga lis-segwaci tiegħu u ħeġġeġ lil partitarji Repubblikani biex jmorru l-Capitol f’Washington DC, fejn gruppi ribelli spiċċaw għamlu ħsara, b’rizultat li mietu hames persuni.
(INSERT VOICE CLIP TRUMP 2
(Now it is up to congress .. congress women) 00:00 - 00:21)
Wara dan l-aveniment storiku fis-6 ta’ Jannar, Joe Biden ħass li kellu jagħmel xandira diretta u kkundanna dan l-agir//
(INSERT VOICE CLIP BIDEN
(Let me be very clear ...small number of extremist) 00:00 - 00:32)
B’mod ċar, din l-elezzjoni kienet karetteriżżata b’vjolenza u gideb. Warajh tkellem Trump biex jibgħat in-nies lura lejn darhom wara li baqghu jisfidaw l-awtoritajiet tas-sigurta’ sa tard bil-lejl//
(INSERT VOICE CLIP TRUMP3
(I know your pain ... go home now ) 00:00 - 00:15)
Ir-reazzjoni mill-media kienet li għandu jkun hemm l-għaqda u mhux il-vjolenza//
(INSERT VOICE CLIP CHAOS 00:00 - 00:04)
INSERT VOICE CLIP FOX NEWS
But the only way … never acceptable) 00:00 - 00:10)
‘‘Joe Biden : Jien Joe Robinet Biden Jr;
Kamala Harris: Jiena Kamala Davie Harris;
Joe Biden u Kamala Harris :Ġurament Solenni
Joe Biden: Li se nwettaq fedelment il-kariga ta’ President tal-Istati Uniti;
Joe Biden: u ser nagħmel l-aħjar kif nista
Kamala Harris: Nissaportja
Kamala Harris u Joe Biden: u niddefendi
Joe Biden: Nippreserva, nipproteġi
Kamala Harris: kontra kull vjolenza barranija u domestika
Kamala Harris: Li nieħu dan l-obbligu liberament mingħajr ebda riserva mentali jew skop ta’ evażjoni
Kamala Harris u Joe Biden: Mela Għini Alla
Comments