top of page

Il-Festin Tal-Milied

  • niraylgrech15
  • Nov 8, 2020
  • 1 min read

Il-Milied huwa festin li wieħed tant ikun ħerqan għaliha. Ngħid għalija nkun qegħda nistenna din il-Festa minn sena għal sena.

Fi ftit kliem hawnhekk ser niddeskrivi kif normalment inqatta’ l-ġurnata tal-Milied. L-għodwa filgħodu hekk kif jisbaħ, il-membri tal-familja fosthom jien nlestu l-kolazzjon tradizzjonali Ingliz. Ir-riħa tkun insapportabbli u hija wahda li tiftaħlek l-aptit. Hekk kif inkunu lesti mil-kolazzjon, nsibu film relatat mat-tema tal-Milied. Kull sena joħroġ film tal- Milied. Fost il-films hemm, ‘Home Alone’ u ‘The Grinch’, li huma żewġ films favoriti tiegħi.

Hekk kif jitlesta l-film, minħabba li jkun qed jagħfas il-ħin jien u ommi nibdew inlestu l-ikel ta’ nofstanhar filwaqt li nisimghu diski tal-Milied. L-ikel li normalment insajru f’din il-ġurnata huma; soppa tal-faqqiegħ, dundjan mixwi u xi kejk biż-żbib ma jonqosx. Waqt li jkun qed isir l-ikel, ma jonqosx milli nnaqru xi ċikkulati b’forom ta’ stilel u l-boċċi tas-siġra tal-Milied. Wara dan kollu, tiġi armata l-mejda sabiex kulħadd jiekol u jiffanga.

Wara li kulħadd ikun kiel u mtela daqs bajda, jkun imiss l-iktar ħin favorit għal kulħadd, il-ħin tal-ftuħ tar-rigali. Bħala familja sħiħa ninġabru kollha fis-salott u hemmhekk kulħadd iqatta’ il-karti tat-tgeżwir. Wara li kulhadd jiftaħ tiegħu, kull individwu jiġbor l-affarijiet tiegħu f’kamartu u jagħti daqqa t’id sabiex tiġi sbarazzata d-dar.


Fil-ħajja tal-familja, l-imħabba hija ż-żejt li jiffaċilita’ l-friżjoni, is-siment li jeħel eqreb lejn xulxin u l-mużika li ġġib magħha armonija. Għalhekk fil-ħajja għandna naprezzaw kollox !




Comentarios


Post: Blog2_Post

Subscribe Form

Thanks for submitting!

79990469

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

©2020 by DIGITAL DIARY.. Proudly created with Wix.com

bottom of page