Id-Dipressjoni
- niraylgrech15
- Nov 23, 2020
- 1 min read
Kitba: Nirayl Grech
Hekk kif jisbaħ, il-qatla tiegħi tkun illi rrid naffaċja ġurnata oħra / Ma naf xejn x’ser jiġri u barra minn hekk miniex konvinta jekk hux kapaċi nagħmel ġurnata ma’ ħaddieħor//
Il-motivazzjoni ma tkun preżenti qatt speċjalment filgħodu/
INSERT WATER CLIP (4 s) (0.00-0.04)
Nibda l-ġurnata billi nbaħbaħ wiċċi b’ilma kiesaħ silġ sabiex nipprova niġi f’tiegħi / It-tokki tal-arloġġ jibqgħu għaddejjin, pero’ l-motivazzjoni xorta ma tkunx hemm, bħal donnu mhu qed jeżisti u jinstema xejn / Ninsab waħdi u nħossni magħluqa ġo gaġġa, l’bogħod mil-kumplament / Hawn min it-temp jagħmillu differenza / Jgħidlek il-ħoss tax-xita tagħmillu d-dwejjaq /
INSERT WEATHER CLIP (3s) (0.11-0.14)
B'kuntrast meta t-temp ikun dak sħun timmotivaħ u jibda l-ġurnata bit-tajjeb / Ngħid għalija lanqas it-temp ma nagħti kas, bħal donnu xi ħaġa li lanqas biss teżisti f’din id-dinja //
Filgħodu jkolli u ma jkollix skola, l-ewwel post li nsib ruħi fih huwa fil-kċina / Il-kumplament tal-familja jkunu qed jieħdu l-kolazzjon, pero jien aptit ta’ xejn ma jkolli / Bela te' kultant nieħu u għax jisfurzawni / Dak il-mument meta l-kitla tkun qed tagħli tfakkarni fi ħsibijieti/
INSERT KETTLE CLIP (8) (0.21-0.29)
Il-ħoss tal-kikkra ġġegħlni naħseb kemm inħossni differenti mil-kumplament tal-familja/
INSERT MUG CLIP (5) (0.15-0.20)
Mil-bieb il’barra għalija kollu jirrapreżenta dak li ma rridx niskopri u ma rridx nara /
INSERT CLOSING THE DOOR CLIP (6 s) (0.05-0.11)
Il-ħoss tal-bieb jingħalaq iqabbadni dwejjaq kbar, għax jien waħdi l’hena tiegħi, il-bogħod mis-soċjeta’//
Kemm il’darba pruvajt naħbi s-sentimenti tiegħi, imma dejjem ninsa li għajnejja jitkellmu / Id-dipressjoni tikkawża dwejjaq u nuqqas ta’ interess anke fik innifsek / Jagħmluli kemm jagħmluli kuraġġ mhuwiex facli u din il-pandemija xejn mhu qed tghin //
INSERT BACKGROUND MUSIC: BENSOUND MUSIC (0.00- 0.15)
Youtube Link: https://www.youtube.com/watch?v=im3RTGxbCfg
Hozzászólások