COVID-19 Script
- niraylgrech15
- May 11, 2021
- 1 min read
Insellmulkhom jien/a minn MCAST News/ nilqagħkhom għall-bullettin tal-aħbarijiet b’xandira diretta minn MCAST Mosta/ Dawn huma il-punti ewlenin//
1. Malta minn tal-ewwel fit-tellieqa fit-tilqim tal-COVID (dsatax) 19
2. App ġdida li tgħin lil persuni suwiċidja
3. Prezzijiet fis-suq Maltin la darba tgħaddi l-pandemija
4. U fl-aħħar/ ħarsa lejn l-impatt li ħalliet il-pandemija fuq in-negozji Maltin u l-aġenti tagħhom
F’din l-aħħar sena u ftit xhur kienu bħal test kontinju mhux biss fuq is-saħħa pubblika iżda wkoll fuq l-ekonomija, l-awtoritajiet u l-Gvern. Hu għalhekk li MCAST NEWS għażel propju l-pandemija bħala tema għall-edizzjoni speċjali ta’ dan il-bullettin.
Ngħaddu għall-ewwel servizz. Il-vaċċin għall-COVID-19 (Dsatax). Il-vjaġġ kien twil iżda fl-aħħar għandna t-tama. Miraklu fi flixkun żgħir. Iktar dwar l-istorja wara l-vaċċin f’dan is-servizz ta’ Nirayl Grech.
Servizz Nirayl Grech
Il-pandemija tal-coronavirus mhux qed taffetwa biss is-saħħa fiżika iżda qed tirriskja illi twassal għal kriżi globali ta’ saħħa mentali. Insiru nafu aktar f’intervista ma’ Dr.Mark Xeureb fis-servizz ta’ Anthea Cachia.
Servizz Anthea Cachia
Il-pandemija ħalliet ukoll impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. F’dan is-servizz ta’ Kieran Farrugia se naraw kif il-prezzijiet se jiġu affetwati la darba tgħaddi l-pandemija.
Servizz Kieran Farrugia
Fl-aħħar servizz, se niltaqgħu ma’ negozjanti Maltin u l-aġenti tagħhom. Ħarsa lejn l-impatt tal-pandemija fuq in-negozji Maltin. Naraw aktar fis-servizz ta’ Marianna Calleja.
Servizz Marianna Calleja
Dak kien l-edizzjoni speċjali ta’ MCAST NEWS fuq il-pandemija. Flimkien tajna ħarsa lejn
1. Malta minn tal-ewwel fit-tellieqa fit-tilqim tal-COVID 19
2. App ġdida li tgħin lil persuni suwiċidja u self-harm
3. Prezzijiet fis-suq Maltin la darba tgħaddi l-pandemija
4. U fl-aħħar/ ħarsa lejn l-impatt li ħalliet il-pandemija fuq in-negozji Maltin u l-aġenti tagħhom
Grazzi li kontu magħna/ Jien/a ______ Insellmulkhom u nixtiequlkom il-kumplament tal-ġurnata t- tajba/

Comments