Covid-19 Script - Il-vaċċin tal-Covid-19
- niraylgrech15
- May 11, 2021
- 2 min read
Background music: [ ](From: __ till: __)
Insert Voice clip: [ ]
Il-vaċċin kapaċi ssalva miljuni ta’ ħajjiet kull sena / Din il-vaċċin billi tħarreġ u tipprepara d-difiżi naturali tal-ġisem, is-sistema immunitarja, dan biex tiġġieled l-mard u l-mikrobi li jimmiraw lejha/ Dan ifisser li jekk il-ġisem jiġi espost għall-mard/ hu jkun preparat b’mod immedjat biex itella d-difiża kontrih//
Il-vaċċin hija għodda kritika iżda ferm ġdida fil-ġlieda kontra l-COVID-dsatax (19)/ Ix-xjentisti madwar id-dinja ħadmu kemm felħu biex jipproduċu l-vaċċin li eventwalment twassalna lura għan-normalità //
Tiġi naturali li wieħed jistaqsi x’inhi ir-rata ta’ tilqim ta’ Malta kkumparat ma’ membri stati oħra tal-Unjoni Ewropea u saħansitra l-bqija tad-dinja//
F’intervista ma’ MCAST News/ Charmaine Gauci żvelat x’kienu l-fatturi li waslu biex ikun hawn rata’ daqstant mgħaġġla ta’ persuni li tlaqmu f’pajjiżna u kif inhi r-rata ta’ tilqim f’pajjiżna meta mqabbla ma pajjiżi oħra //
INSERT AUDIO- [Charmaine 1] 0:00 - 0:19 (19sec)
‘Mill- bidu nett, aħna bħala Malta konna pajjiż li fl-Unjoni Ewropea …’
Tajjeb infakkru li l-ewwel persuna li ħadet il-vaċċin f’Malta kienet infermiera li taħdem fit-Taqsima tal-Mard Infettiv f’Mater Dei lura f’Diċembru li għadda/ Dan kien pass importanti għall-Malta u issa billi nitgħalmu mill-iżbalji permezz ta’ provi r-rata tat-tilqim qed issir waħda aktar magħġġla//
F’konferenza stampa il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr li hemm żewġ modi ġodda ta’ kif wieħed jista japplika għal vaċċin/ Is-sistema l-ġdida teħtieġ li dawk li jkunu interessati li jieħdu l-vaċċin, għandhom jirreġistraw għat-tilqima billi jibgħatu messaġġ bil-mowbajl/ Huma qed ikollhom ukoll l-għażla li jagħżlu liema lokalita’ jippreferu //
INSERT AUDIO- [Charmaine 3] 0:00 - 0:10 (10sec)
‘U b’hekk aħna qiegħed ikun imissna dak il-vaccines li nkunu ntitolati … ’
Sa issa, tnejn u ħamsin punt wieħed u tmenin fil-mija (52.81%) tal-popolazzjoni Maltija rċieviet l-ewwel doża tal-vaċċin / Intant Malta għandha persentaġġ ta' erbgħa u għoxrin punt tnejn u sittin fil-mija (24.62%) tal-popolazzjoni li hija kompluta bit-tieni doża //
INSERT AUDIO- [Charmaine 2] 0:00 - 0:17 (17sec)
‘Dan l-ammonti ta’ ‘vaccines’ anke bħala ‘second dosage’ ukoll…’
Skont statistika ta’ Eurostat, Malta tinstab fuq quddiem fejn tidħol l-infurzar tal-vaċċin tant li qabżet lir-Renju Unit/ Pajjiż li kien fuq quddiem tal-istatistika sa’ ftit ġimgħat ilu//

Comments